Il-Ministru Alison Zerafa Civelli Tikkundanna R-Rimi Illegali Ta’ Skart Goff Fl-Ispazji Pubbliċi

Rimi

Il-Ministru Alison Zerafa Civelli kkundannat ir-rimi illegali ta’ skart goff fi spazji pubbliċi, fejn saħqet li dan l-aġir huwa irresponsabbli u ma jistax jiġi aċċettat.

Fi stqarrija, il-Ministru enfasizzat li dawn l-atti jħallu impatt negattiv kemm fuq l-ambjent kif ukoll fuq il-komunità, u sostniet li l-ispazji pubbliċi għandhom jiġu rispettati u miżmuma nodfa minn kulħadd.

Hija rringrazzjat ukoll lill-ħaddiema tad-Diviżjoni tat-Tindif u l-Manutenzjoni għall-ħidma tagħhom fit-tneħħija tal-iskart, filwaqt li appellat għal aktar responsabbiltà u rispett lejn l-ambjent.

Il-Ministru temmet billi fakkret li l-indafa hija responsabbiltà kollettiva u li r-rimi illegali tal-iskart ma jistax jiġi ttollerat.

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI