Il-Ministru Silvio Schembri jappella fuq il-midja soċjali biex waqt li lkoll inkomplu nimxu mar-restrizzjonijiet u nżommu siguri, naħsbu wkoll f’dawk li jeħtieġu l-koperazzjoni tagħna.
Isemmi lil dawk il-persuni neqsin mis-smigħ u jħeġġeġ biex wieħed jgħin biex ikun hemm komunikazzjoni magħhom. Iġib eżempju bil-każ ta’ ħabib tiegħu li fil-fatt martu għamlitlu maskra li fuqha hemm miktub: “Jien naqra x-xufftejn. Jekk Jogħġbok inża l-maskra”.