Il-pjattaforma TVMnews tħabbar li l-Gvern ser ikun qiegħed jestendi l-moratorju fuq il-ġbir tar-rizzi għal sentejn oħra, sal-7 ta’ Lulju 2027, sabiex ikompli jsaħħaħ il-proċess naturali ta’ rkupru ta’ din il-kreatura kostali. Ir-rizzi għandhom rwol ekoloġiku importanti għall-bilanċ tal-ekosistemi marini, u hemm bżonn ikomplu jiġu protetti sabiex il-popolazzjoni tagħhom tkompli tikber b’mod sostenibbli.
Dan qed isir abbażi ta’ studji xjentifiċi fuq 10 siti differenti, li wrew li f’60% minnhom hemm żieda fit-tkabbir, iżda f’oħrajn għad hemm bżonn aktar żmien biex jidher titjib. L-aktar żieda nnotata kienet f’rizzi ta’ bejn 2 u 4 ċentimetri, li jikbru b’rata baxxa — madwar ċentimetru jew tnejn fis-sena — u għalhekk hemm bżonn aktar spazju u ħin biex jilħqu maturità.
Matul dan il-moratorju, sar xogħol ta’ riċerka u konservazzjoni mill-Aġenzija Aquatic Resources Malta (ARM)f’kollaborazzjoni ma’ Stella Mare fl-Università ta’ Korsika. L-għan huwa li jiġu applikati metodi ġodda biex jitrawmu, jikbru u jiġu rilaxxati lura fl-ambjent naturali tagħhom. Din l-estensjoni toffri tama konkreta għall-irkupru fit-tul ta’ dan l-ispeċi protett.
Sors: TVMnews