Il-Papa Jħassar L-Impenji Tiegħu Wara Li Jħoss Uġigħ Fl-Irkoppa!

Il-Papa Franġisku li għandu 85 sena ħassar l-impenji li kellu llum minħabba li ħass uġigħ fl-irkoppa. Hu għamel dan wara li ħa parir mediku rigward saħħtu li sfortunatament tinsab batuta. Fost il-pjanijiet li kellu għal-lum, il-Papa kien mistenni jattendi għall-kunsil tal-kardinali.

Fil-Ġimgħa Mqaddsa il-Papa Franġisku kien għamel l-omelija minn bilqiegħda u minfloku ċċelebraw il-quddiesa Arċisqof u Kardinal.

Din mhux l-ewwel darba li l-Papa Franġisku kellu jħassar l-impenji tieghu minħabba kwistjoni ta’ mard fejn riċentament hu ħassar ukoll xi pjanijiet għax ma felahx imur għalihom.

Nittamaw li l-Papa Franġisku jikseb saħħtu lura mill-ġdid!







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI