Il-Pjan Kontroversjali Tal-Lukanda Ta’ Birkirkara Mwaqqaf

Applikazzjoni kontroversjali għal permess biex tiġi żviluppata lukanda fil-pjazza ewlenija ta’ Birkirkara ġiet sospiża fuq talba tal-perit u qed tiġi diskussa kif ħa jimxu f’dan il-konfront!

L-applikazzjoni kienet qanqlet reazzjoni kbira ta’ oppożizzjoni fost ir-residenti, l-NGOs ambjentali, il-politiċi u l-Knisja, b’sensiela ta’ nies isemmu l-abbużi li saru fir-rigward tal-bini f’pajjiżna.

Il-pjan maħsub kien li jinbidel palazz tat-tieni grad bi ġnien, f’lukanda ta’ erba’ sulari u 38 kamra fil-qalba tal-qalba tar-raħal, biswit il-Bażilika ta’ Sant’Elena, hi stess bini skedat ta’ Grad 1.

Il-proċess tal-applikazzjoni bħalissa huwa sospiż, sakemm issir aktar konsultazzjoni mill-applikanti.

Facebook / Residenti F’Birkirkara







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI