Illum għeluq snin il-preżentatur maħbub ta' ONE, Wayne Aquilina. Wayne ilu involut fix-xandir mill-1999 - 26 sena!
Rajnieh jippreżenta, jipproduċi u jmexxi numru ta' programmi televiżivi - minn programmi taż-żgħażagħ għall-programmi relatati mal-mużika u dawk magażin.
Nafuh ukoll bħala s-Sindku tal-Kalkara, kariga li ilu jħaddan għal dawn l-aħħar seba' snin. Il-lokalità tal-Kalkara hija tassew għal qalbu. Illum Wayne jagħlaq 41 sena.
F'isem it-tim ta' Gwida.mt, nieħdu l-opportunità li nawguraw lil Wayne l-isbaħ xewqat u nittamaw li jkollu jum mimli b'dak kollu li tixtieq qalbu u sena pożittiva għall-aħħar.
Awguri Wayne!
Facebook/ Wayne Aquilina