Dan l-aħħar, maltempati qawwijim ħakmu lil Texas ġewwa l-Istati Uniti, fejn it-temperatura niżlet drastikament u kawża ta’ dan ġraw ħafna ħsarat u sfortunatament kien hemm ukoll xi mwiet.
Issa li dan l-istat qed jirkupra minn din il-maltempata, il-President Amerikan Joe Biden żar xi ħaddiema ġewwa Texas li għadhom qed jirkupraw u li qed jgħinu biex in-nies jerġgħu jqumu fuq saqajhom.

Biden faħħar lil dawn il-ħaddiema u qallhom li huma qed isalvaw il-ħajjiet tan-nies. Huwa wkoll ta l-għajnuna lil volontiera sabiex jiġu ppakjati bottijiet differenti tal-ikel.
Ritratti: Reuters, Facebook / Joe Biden