“Qatt Ma Bżajt U Qatt Mhu Se Nibża’ Nitkellem Favur Il-Persuni B’Diżabilità” – Jeanesse Abela

Fuq il-paġna uffiċjali tagħha, Jeanesse Abela kitbet li hi se tkompli titkellem għad-drittijiet ta’ persuni b’diżabilità

Hi kitbet, “Qatt ma bżajt u qatt mhu se nibża’ nitkellem favur il-persuni b’diżabilità. Nemmen bis-sħiħ li kulħadd għandu dritt għal ħajja b’dinjità, rispett, opportunitajiet indaqs u aċċessibbiltà. Il-vuċi tagħna hija importanti. Jekk nibqgħu siekta, ħafna problemi jibqgħu moħbija u l-affarijiet jibqgħu kif inhuma. Huwa għalhekk li rridu nibqgħu nitkellmu, ninsistu u nfakkru lill-awtoritajiet fir-responsabbiltà tagħhom li jieħdu azzjoni konkreta.”

Żiedet tgħid, “Ma nitkellimx biex nikkritika, imma biex nara bidla. Ma nitkellimx biss għalija nnifsi, imma għal dawk kollha li kuljum jiltaqgħu ma’ ostakli u sfidi li ħafna drabi ħadd ma jinduna bihom… Is-skiet qatt ma kien u qatt mhu se jkun is-soluzzjoni!”

Ritratt:

Facebook / Jeanesse Abela

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI