“Il-Pride Hi Importanti Għax Il-Messaġġ Tagħh Għeni Nissawwar… L-Istejjer Tagħhom Għenuni Nsib Il-Vuċi Tiegħi” – Brandon Terribile

Brandon Terribile

L-attur u producer lokali Brandon Terribile qasam messaġġ personali u sinifikanti fuq Facebook dwar l-importanza tal-Pride u tar-rappreżentazzjoni tal-komunità LGBTQ+ fil-midja.

Brandon spjega li l-Pride għandha valur speċjali għalih għax il-messaġġ li twassal, għen biex jifforma l-persuna li hu llum. Hu jirrifletti wkoll fuq is-snin tat-tfulija tiegħu u fuq kemm kien hemm ftit rappreżentazzjoni LGBTQ+ meta kien qed jikber.

Huwa qal li l-istejjer ta’ dawk li ġew qablu għenuh isib il-vuċi tiegħu stess, u llum jixtieq li, billi jaqsam l-istorja tiegħu, ikun jista’ jagħmel l-istess għal ħaddieħor.

Fil-post tiegħu, Brandon tenna li t-tama tiegħu hi li l-esperjenza u l-vuċi tiegħu jgħinu lil xi ħadd ieħor iħossu jidher, rappreżentat u inqas waħdu. “Li nħossok rappreżentat jista’ jagħmel differenza.”

Ir-ritratti li akkumpanjaw il-messaġġ juru wkoll parti mill-vjaġġ personali tiegħu. Brandon qasam ritratti tiegħu meta kien għadu tifel, flimkien ma’ riflessjoni dwar kif, meta kien qed jikber fis-snin 2000, kien hemm ftit rappreżentazzjoni LGBTQ+ u li li tkun gay kien għadu meqjus minn ħafna bħala xi ħaġa “mhux normali”.

Huwa fakkar ukoll f’mumenti li għalih kienu importanti fuq it-televiżjoni Maltija, meta finalment beda jara stejjer u persuni LGBTQ+ jiġu rrappreżentati quddiem udjenza nazzjonali.

Fost dawk li semma kien hemm Eileen Montesin u Peppi Azzopardi, li, skont Brandon, kellhom il-kuraġġ juru li persuna gay jistħoqqilha l-istess imħabba, dinjità u ugwaljanza bħal kulħadd.

Prosit ta' dan li qsamt Brandon!

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI