Il-Prim Ministru Robert Abela eskluda li jimponi lockdown totali, anzi qal li din il-miżura drastika fil-ġlieda kontra l-pandemija tal-Covid-19 ikkawżat tbatija kbira f’pajjiżi oħra Ewropej.
“Ftit mili ‘l bogħod minna, fl-Italja, Franza u lil hinn, in-nies tan-negozju qed jipprotestaw fit-toroq minħabba li l-gvernijiet tagħhom insewhom, forsi għax is-sitwazzjonijiet fiskali tagħhom ma jippermettux mod ieħor,” qal aktar kmieni llum.
“Filwaqt li pajjiżi oħra għandhom protesti u lockdowns, irnexxielna nżommu r-roti ekonomiċi jduru, nipproteġu l-impjiegi u bħalissa qed niffinanzjaw madwar nofs il-ħaddiema kollha tas-settur privat.”
Abela ċaħad li ħa jkun hemm lockdown totali u ma jistax jifhem minn fejn oriġinaw dan ix-xnigħat! Iżda waqt li kien qed jitkellem qal ukoll li mhux ħa jittaffew ir-restrizzjonijiet preżenti inkluż li snack bars joperaw u t-tneħħija ta’ maskri fil-mixjiet fil-kampanja.
“Nistgħu naraw it-traġedji tal-illokkjar totali barra l-pajjiż. Aħna qed jirnexxilna ngħixu l-ħajja relattivament normalment bi ftit restrizzjonijiet iżda ma nistgħux inħallu l-gwardja tagħna baxxa għax l-affarijiet jistgħu jinbidlu,” wissa l-Prim Ministru.
“Nifhem li xi negozji qed ibatu imma jekk nieħdu t-triq li ntaffu r-restrizzjonijiet, x’se jkun l-impatt?” Hu jistqarr li jekk dan isir taf li fi żmien ġimgħa l-gvern ikollu jżid ir-restrizzjonijiet.