Kultant ninsew li n-nies fil-politika huma bħali u bħalek li kultant dak il-lejl ta’ mistrieħ u żfin ikunu jriduh.
Hekk għamlet il-Prim Ministru tar-Renju Unit Theresa May meta attendiet il-festival Henley flimkien mar-raġel tagħha Phil. Jidher li ħadet gost u żifnet mal-mużika li kien hemm billi xxejjer idejha mal-kanzunetta Dancing Queen tal-grupp ABBA!
If anyone deserves to let their hair down it’s @theresa_may Took on the impossible job out of duty not power trip and couldn’t have put in more effort. Unfortunately we now have a blonde dildo about to be inserted into the nation’s anus! #dancing queen #HenleyFestival pic.twitter.com/6OrFDbkEtu
— Jeremy Cuthbert (@jeremycuthbert) July 14, 2019
Din mhux l-ewwel darba li l-Prim Ministru tar-Renju Unit urietna x’taf, għaliex kull meta tiċċaqlaq ftit għal din l-istess kanzunetta, May tispiċċa ċ-ċentru tal-attenzjoni fuq il-midja soċjali u l-filmati tagħha jiġru mhux ħazin. Hawn hi tiżfen meta ndirizzat waħda mill-konferenzi tal-partit tagħha s-sena l-oħra.
F’Malta mhux l-ewwel darba li rajna membri parlamentari jiżfnu u jkantaw fi spettakli għall-karita’. M’hemmx għalfejn tmur tfittex dal-filmat għax hawn tista tara ħafna mill-membri parlamentari jagħmlu dan fl-aħħar edizzjoni tal-Istrina!
Wara 3 snin fl-uffiċju, Theresa May fadalla biss ġimgħa fl-irwol tagħha, hekk kif fir-Renju Unit ser ikollhom Prim Ministru ġdid. Però wara li rajna lil May tiżfen hekk, ma jidirx wisq li hija nkwetata dwar dan!
Facebook / @chinadaily
Facebook / @ABBA