Il-Proġett Tal-Gudja Se Jkun Aktar Sigur “Għall-Ivjaġġar Bil-Mixi U Bir-Rota” – Taħseb Li Hu Minnu?

Il-paġna ta’ Infrastructure Malta ħabbret fuq il-midja soċjali li llum beda l-proġett tal-Gudja b’investiment ta’ €18-il miljun. 





Fuq il-paġna ġie miktub li se jibnu “mill-ġdid ir-roundabout tal-Gudja b’żewġ mini lejn Ħal Faru u Birżebbuġa, b’aċċess aktar sigur għall-Gudja, Ħal Għaxaq u l-Ajruport, bi flyover lejn Ħal Kirkop, l-Imqabba, l-Qrendi, ż-Żurrieq u Ħal Safi u b’faċilitajiet aktar siguri għall-ivvjaġġar bil-mixi, b’Tallinja u bir-rota.”



Iżda bħalma jafu bosta, fil-passat kien hemm numru ta’ drabi fejn passaġġi ġodda għall-mixi u r-roti ma tantx kienu maħsubin b’sigurtà għal dak li jkun. Taħseb li din id-darba se tkun differenti s-sitwazzjoni? Iktbilna fil-kummenti. 

Facebook/Infrastructure Malta

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI