Il-Psikologa Roberta Farrugia Debono U Peter Carbonaro Ser Nerġgħu Narawhom Fil-Panel Ta’ Big Brother Malta

Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom, Big Brother Malta żvelaw li llejla ser inkunu qed nerġgħu naraw il-psikologa Roberta Farrugia Debono u Peter Carbonaro lura fuq il-panel ta’ Big Brother Malta.

Kienu bosta min-nies li kkumentaw, kemm fuq Farrugia Debono u kemm fuq Carbonaro. Tħobbhom jew le, kulħadd jista’ japprezza l-fatt li jagħtu ħafna kulur il-programm.

Minn wara li deher għall-ewwel darba Carbonaro bħala opinjonista, jidher li influwenza kemm il-psikologa fejn jidħlu aktar mistoqsijiet jaħarqu, u kemm lill-preżentaturi, li lkoll qegħdin jagħtu biċċa xogħol iebsa lill-kontestanti ta’ kull ġimgħa.

X’taħsbu intom? Kuntenti li ser terġgħu tarawhom f’Big Brother?







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI