Il-Pulizija ta’ Malta iċċelebraw 211 -il sena ta’ servizz permezz ta’ dedikazzjoni u kuraġġ lejn il-komunità. Huma kkommemoraw din il-ġurnata permezz ta’ quddiesa fil-knisja tal-Kapuċċini l-Furjana, flimkien ma’ ċeremonja ħdejn il-monument quddiem l-uffiċju ġenerali tal-Pulizija. Din iċ-ċeremonja onorat il-kollegi li ħallewna għaliex għamlu l-ikbar sagrifiċċju biex jipproteġu lill-komunità tagħhom waqt ix-xogħol. Il-memorja tagħhom ma tintesa qatt.
Għal din iċ-ċelebrazzjoni attendiet ukoll il-President ta’ Malta fejn indirizzat ir-riforma li żiedet il-fiduċja tal-pubbliku fil-Pulizija u spjegat li żdiedet ukoll is-sinerġija bejn il-Pulizija u l-pubbliku.
Nirringrazzjaw mill-qalb lill-pulizija ta’ Malta għad-dedikazzjoni tagħhom lejn il-komunità, talli jżommuna siguri u talli jagħtu importanza lill-protezzjoni tal-individwi l-ewwel u qabel kollox.
Facebook / The Malta Police Force