"Il-Pumpieri Tagħna Lestew Il-Missjoni Tagħhom Fil-Portugall B'Suċċess U Jinsabu Fi Triqthom Lura Lejn Darhom!" – Il-Protezzjoni Ċivili Ta' Malta

Fuq il-paġna uffiċjali Civil Protection Malta ġiet ippubblikata post b'ringrazzjament u apprezzament lejn it-tim tal-protezzjoni ċivili li ħadem bla waqfien biex jgħin fil-Portugall.

"Il-pumpieri tagħna lestew il-missjoni tagħhom fil-Portugall b'suċċess u qegħdin fi triqthom lura lejn darhom! Mistennija jaslu Malta għall-ħabta tad-21:00.
Din il-missjoni, li kienet parti mill-Programm ta' Pre-Pożizzjonament tal-Mekkaniżmu tal-Protezzjoni Ċivili u l-Għajnuna Umanitarja tal-UE, għenet biex jissaħħu r-rabtiet tagħna mal-pajjiżi ġirien, filwaqt li pprovdiet appoġġ vitali matul l-istaġun tan-nirien fil-bosk."

Għandna tant għalxiex inkunu kburin b'dawn l-eroj tagħna! Ammirevoli wisq... fortunatament il-missjoni kienet suċċess u b'kuraġġ u dedikazzjoni, kienu ta' għajnuna prezzjuża! 

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI