L-Membru Parlamentari Ewropew Roberta Metsola fuq il-midja soċjali ħadet ftit minuti biex tinkoraġġixxi lil poplu Malti u Għawdxi biex jitlaqqam kontra l-Covid-19.
“Il-vaċċini jsalvaw il-ħajjiet: Hawn hi z-zija Emanuela fl-eta’ ta’ 97 sena qed titlaqqam kontra l-Covid-19. Isimgħu mill-esperti, afdaw fix-xjenza, ħudu ħsieb tagħkom infuskom u ta’ ħaddieħor,” kitbet hi fuq il-paġna tagħha fuq Facebook.
“Ħa nkomplu ninsistu dwar it-tqassim tal-vaċċin mill-aktar fis u bl-aktar mod sigur possibbli. Minn naħa tagħkom, jekk tistgħu, tlaqqmu.”
Int bi ħsiebek toħodha l-vaċċin tal-Covid-19? Iktbilna fil-kummenti.
Facebook/Roberta Metsola