Il-Vaċċin Il-Ġdid Kontra L-Covid-19 Jista’ Jnaqqas Ir-Riskju Ta’ Mwiet Relatati Mal-Qalb

Studju ġdid li sar barra minn Malta, jissuġġerixxi li l-vaċċin kontra l-Covid-19 għall-istaġun 2024-2025 jista’ jnaqqas b’mod sinifikanti r-riskju ta’ problemi serji tal-qalb.



Ir-riċerkaturi analizzaw id-data ta’ aktar minn miljun veteran fl-Istati Uniti u sabu li dawk li rċevew il-vaċċin kellhom riskju ta’ 37.7% inqas li jesperjenzaw avvenimenti kardjovaskulari serji. Barra minn hekk, instab li r-riskju ta’ mewt relatata mal-qalb naqset b’kważi 58%. Dawn il-benefiċċji huma l-iktar evidenti fost persuni li għandhom aktar minn 75 sena.

Għalkemm l-istudju kien ta’ osservazzjoni u ma jistax jikkonferma relazzjoni diretta ta’ kawża u effett, kardjologu qal li dawn ir-riżultati jaqblu ma’ studji preċedenti li rabtu t-tilqim ma’ inqas attakki tal-qalb u persuni jirkupraw l-isptar.

Ritratti:

Pexel Free Photos

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI