Il-ġenituri tal-mudella ċkejkna Francesca Rausi, kitbulha messaġġ mill-qalb f’jum l-aħħar ġurnata skolastika.
Huma qalu, “Illum, l-aħħar ġurnata tal-iskola. Ħafna emozzjonijiet f’daqqa, nafu. Imxejt minn dawn il-bibien tal-iskola, affaċċjajt kliem diffiċli, plurali li kienu ta’ sfida, u jiem li ħassejthom wisq kbar, imma qatt ma ħallejt id-dyslexia tgħidlek min int.”
Żiedu jgħidu, “Is-sena d-dieħla sejra skola ġdida, se tgħaddi jiem u xhur f’St Martin’s. Klassijiet ġodda, għalliema ġodda, ħbieb ġodda. Se jkun bidu ġdid u se tieħu miegħek dik is-saħħa kollha tiegħek. M’għandekx bżonn tkun perfetta hemmhekk. Għandek bżonn biss tkun int min int, kurjuża, qalbek tajba, rasek iebsa, dejjem bl-aħjar mod. U fuq kollox, lesta li tibqa’ sejra, anke meta tkun diffiċli.”
Temmew kliemhom billi qalu, “Ninsabu kburin bit-tifla li int, u ninsabu ħerqanin biex naraw min se tkun f’St Martin’s.”
Facebook / Michelle Rausi