Il-kantanta u mudella lokali Claire nediet is-single l-ġdida tagħha, Non E Luce Che Vedi, kanzunetta bit-Taljan li tkompli turi l-versatilità tagħha bħala artista.
Il-kanzunetta nkitbet minn Vezio Bacci, filwaqt li din il-kollaborazzjoni kienet possibbli grazzi għall-maniġer tagħha, Majello Marilanda. Għal dan il-proġett, Claire ħadmet ukoll mill-qrib mal-għalliema vokali tagħha, Phylisienne Brincat, li assistietha fit-tħejjija vokali tal-kanzunetta.
B'din ir-rilaxx il-ġdid, Claire qed tkompli tibni l-karriera mużikali tagħha, filwaqt li l-partitarji tagħha jittamaw li din tkun biss il-bidu ta' aktar kanzunetti ġodda fil-futur. Wieħed jista' jisma' l-kanzunetta fuq il-mezzi soċjali.
Facebook / Claire Marie Busuttil