Fit-22 t’April ta’ din is-sena, il-preżentatur tar-radju Luca Lorenzo ħabbar li għalaq kapitlu importanti fil-karriera tiegħu wara li temm il-ħidma tiegħu mal-istazzjoni Vibe. F’dak iż-żmien, hu ma kienx indika b’mod ċar xi jmiss iżda qal li qed iħares lejn kapitlu ġdid f’ħajtu b’ottimiżmu u sens ta’ gratitudni lejn dawk kollha li segwewh matul is-snin.
Illum, Luca żvela l-kapitlu li jmiss fil-karriera tiegħu permezz ta’ ritratt li ppubblika mal-preżentaturi l-oħrajn ta’ Magic Malta 91.7. Jidher li se jkun qed jingħaqad mal-familja ta’ Magic ! It-tbissima ġenwina fuq fommu turi li jinsab kuntent u ħerqan għal dan il-kapitlu ġdid.
Aħna wkoll ninsabu ħerqanin immens biex nisimgħuh fuq Magic ! Nawgurawlu għal dan il-kapitlu !
Facebook / Luca Lorenzo