“171 programm. Mit-Tnejn Sal-Ħamis. 9 xhur. Ilbieraħ Claudia U Jien Għalaqna L-Iskeda Ta’ Bil-Fatti“ – Wayne Sammut

Il-preżentatur Wayne Sammut ħabbar li flimkien ma’ Claudia Cuschieri, huma għalqu l-iskeda ta’ Bil-Fatti. Permezz ta’ messaġġ fuq il-paġna tiegħu, hu rringrazzja lis-segwaċi kollha.

Kiteb, “171 programm. Mit-Tnejn sal-Ħamis. 9 xhur. Ilbieraħ Claudia u jien għalaqna l-iskeda ta’ Bil-Fatti. Grazzi kbira lit-tim kollu, lill-mistednin kollha u lil kull min kien magħna tul dawn id-disa’ xhur biex stajna nwasslu xandira diretta ta’ kuljum fi djarkom.”



Żied jgħid, “Kuntenti li, kull fejn stajna u kif stajna, żammejnilkom kumpanija u nfurmajnikom bl-aħħar aħbarijiet kurrenti.”

Dan il-messaġġ irċieva diversi kummenti pożittivi mingħand persuni li kienu jsegwu dan il-programm u apprezzaw id-dedikazzjoni tal-preżentaturi. Nawgurawlhom għall-kapitlu li jmiss!

Ritratti:

Facebook / Wayne Sammut u Bil-Fatti

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI