Il-Vaċċin Tal-Covid-19 Mistenni Jkun F'Pajjiżna Fi Żmien Erba' Ġimgħat – Il-Ministru Chris Fearne

Il-vaċċin tal-Covid-19 ta’ Pfizer / BioNTech huwa proġettat li jibda jitqassam f’Malta sal-ewwel ġimgħa ta’ Jannar 2021. Dan ikkonfermah il-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne meta tkellem ma’ Times of Malta.

Id-29 ta’ Diċembru hija data importanti ferm, dan għaliex l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini qalet li din il-ġurnata ta’ skadenza biex il-vaċċin jingħata approvazzjoni.

Aktar kmieni din il-ġimgħa, ir-Renju Unit sar l-ewwel pajjiż fid-dinja li approva l-vaċċin Pfizer / BioNTech Covid-19 biex jibda jingħata u jitqassam madwar il-pajjiż.

Il-vaċċin ta’ Pfizer / BioNTech jista’ joffri sa 95% protezzjoni kontra l-virus. Pajjiżna ġie allokat 500,000 doża ta’ dan l-istess vaċċin li jfisser li huwa biżżejjed biex jitlaqqmu 250,000 persuna b’żewġ injezzjonijiet kull wieħed.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI