Il-Vatikan Jwaħħal F’Instagram Wara Li L-Papa Għamel Like Fuq Ritratt Ta’ Mudella! X’Taħseb?

Jumejn ilu f’artiklu ktibna dwar kif il-kont uffiċjali ta’ Instagram tal-Papa Franġisku ħalla like fuq ritratt imqanqal ta’ mudella Brażiljana.

Skont The Guardian, il-Vatikan issa qal li qed ifittex spjegazzjonijiet minn Instagram dwar dan. L-Aġenzija tal-Aħbarijiet Kattoliċi qalet ukoll li għaddejja investigazzjoni biex jiġi ddeterminat kif ir-ritratt tal-mudella telgħalu like mill-Papa.

Ġie vverifikat ukoll li l-Papa ma jamilx użu mill-midja soċjali. Minflok, għandu tim ta’ nies li jimmaniġġjaw diversi kontijiet tal-midja soċjali tal-Papa.

X’jidhirlek minn dan kollu? Temmen li għandu jeħel Instagram tal-like li tħalliet fuq ir-ritratt tal-mudella?

Instagram/franciscus







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI