“Il-Verità Hi Li Jasmine Mhux Biss Biddlitli Ħajti. Hi Bidlet Lili” – Stefani Ta’ Jasmine’s Journey

Fuq il-paġna tal-Facebook segwita minn ħafna, Jasmine’s Journey, Stefanie Grech qasmet kelmtejn mill-isbaħ dwar it-tifla tagħha Jasmine.

“Il-maternità suppost tibdlek,” hi kitbet. “Imma xi ngħidu kieku tbiddlet tant li, għal żmien twil, ma għaraftx il-persuna li kienet qed tħares lejja fil-mera? Xi ngħidu kieku l-bidla kienet tant profonda li rrealizzajt li qatt ma kont naf min jien mill-bidu?”

“Qabel Jasmine, ħsibt li s-saħħa kienet li tiġġieled l-isfidi tul jiem diffiċli. Imbagħad tgħallimt xi tfisser li toqgħod ħdejn sodda tal-isptar u titlob. Tgħallimt xi tfisser li żżomm mat-tama meta l-ħajja tat kull raġuni biex tħalli kollox warajk. Ħsibt li l-paċenzja kienet li tistenna. Imbagħad tgħallimt li l-paċenzja hija li tiċċelebra progress li oħrajn jistgħu lanqas biss jinnutaw.”

Hi kompliet tgħid, “Ħsibt li l-kuraġġ kien li tieħu riskji. Imbagħad tgħallimt li l-kuraġġ huwa li tqum kuljum u tagħżel it-tama u tkun preżenti kull darba, anke meta l-futur jinħass diffiċli u inċert. Jasmine ma għamlitnix biss omm. Hija għallmitni nsib il-ferħ f’affarijiet li darba kont nieħdu for granted.”







Ritratti:

Facebook / Jasmine’s Journey

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI