L-ewwel sensiela Qalbi, bi produzzjoni u direzzjoni ta’ Rikordja, tatna storja li dejjem kompliet tiżviluppa u ssir aktar intensa.
Sa issa sirna nafu ħafna affarijiet oħra dwar il-karattri, apparti li sirna nafuhom aħjar, u nafu x’inhi l-missjoni tagħhom. L-istorja sirna familjari sew magħha u sa dal-punt nafu b'ħafna mill-intriċċi li għaddejjin.
It-tim ta' Qalbi kemm-il darba jaqsam mumenti waqt il-filming ta' din il-produzzjoni segwita. Aktar kmieni llum kitbu, "Qalbi jkompli minn Jannar fuq Tokis."