Il-programm Brillanti Juniors ikompli joffri spettaklu mimli talent, emozzjonijiet u sorpriżi, hekk kif illejla, il-Ħamis 15 ta’ Ottubru, se tixxandar it-tielet edizzjoni ta’ din l-ewwel staġun tal-programm tant maħbub. Tfal u żgħażagħ minn Malta, Għawdex u lil hinn qed ikomplu jittantaw xortihom bit-tama li jaslu sal-aħħar u jirbħu t-titlu tant mixtieq tal-ewwel rebbieħ jew rebbieħa ta’ Brillanti Juniors.
Madankollu, il-membri tal-ġurija żgur li m’għandhomx biċċa xogħol faċli quddiemhom! Il-livell tat-talent li qed juru dawn it-tfal huwa wieħed impressjonanti, b’kunfidenza, kuraġġ u determinazzjoni li jkomplu jagħmlu din il-kompetizzjoni dejjem aktar interessanti.

Matul l-edizzjoni tal-lejla, it-telespettaturi se jkollhom l-opportunità li jsegwu l-wirjiet ta’ Nikki, Ivy, Anya, Eliza, Katryce, Marie, Sofia, Natanya, Scarlett u Oliver, li lkoll se jagħmlu minn kollox biex jimpressjonaw lill-ġurija u jiksbu post fil-kwarti tal-finali. Iżda mhux kulħadd se jkun jista’ jkompli din l-avventura! Min se jirnexxielu jgħaddi għall-fażi li jmiss u min se jkollu jgħid addio lill-kompetizzjoni?
L-emozzjonijiet mistennija jkunu kbar, hekk kif wara kull wirja hemm ħolma, ħafna preparazzjoni u xewqa kbira li dawn it-tfal ikomplu jiżviluppaw it-talenti tagħhom. U fost il-ferħ u l-eċitament, żgur li mhux se jonqsu lanqas xi dmugħiet!
Edizzjoni oħra li twiegħed spettaklu mill-isbaħ u li se tkompli tfakkarna kemm pajjiżna għandu tfal u żgħażagħ b'talenti straordinarji. Titilfux Brillanti Juniors illejla fit-20:30 fuq ONE!