Waqt ir-raba' staġun ta' MasterChef Malta l-vjaġġ ikompli għaddej ġmielu, u bdejna naraw il-kapaċitajiet tal-parteċipanti ta' din is-sena. Parti mill-programm iżda qed twassal lil xi ħadd mill-parteċipanti biex jiġi eliminat. Ilbieraħ kien imiss lil Warren.
"Illejla, il-vjaġġ ta’ Warren f’MasterChef Malta jasal fi tmiemu. Hu tana mumenti mill-aqwa! Prosit, Warren, u nawgurawlek l-aqwa għal dak li ġej!" - jikteb dan it-tim ta' MasterChef fil-paġna uffiċjali.
Bosta kkummentawlu fil-post ta' Facebook li xerrdu MasterChef Malta. Nawguraw lil Warren kull suċċess fil-futur!
Facebook/ MasterChef Malta