L-Ewwel Semifinali Ta’ Brillanti Juniors Illejla – Min Se Jkompli L-Vjaġġ Lejn Il-Finali?

L-emozzjonijiet qed ikomplu jiżdiedu hekk kif Brillanti Juniors wasal fl-istadju tas-semifinali! Wara ġimgħat ta’ sfidi u wirjiet mill-isbaħ, 14-il tifel u tifla rnexxielhom jiksbu post fis-semifinali ta’ din l-ewwel edizzjoni tal-programm.

Illejla, il-Ħamis 19 ta’ Novembru, fit-20:30 fuq ONE, is-semifinalisti se jkunu qed jiffaċċjaw sfida ġdida u interessanti. Kull parteċipant irid jagħżel kanzunetta li ħarġet fis-sena li twieled u jinterpretaha live quddiem il-ġurija magħmula minn Matt BLXCK, Miriana Conte u Diane Pilkington.

Il-livell tal-kompetizzjoni huwa wieħed għoli ferm u d-deċiżjonijiet għall-ġurija żgur mhux se jkunu faċli, hekk kif minn din is-semifinali wieħed jew aktar mill-parteċipanti se jkollhom itemmu l-avventura tagħhom.

Elisa, Roan, Carly, Zelenio, Oliver, Marie, Emily, Luke, Elyse, Julia, Kane, Skye, Aidem u Zaya kollha qed jittamaw li jaslu sal-finali u jkunu l-ewwel rebbieħa ta’ Brillanti Juniors. Iżda min se jintgħażel għas-sing-off finali u min se jkollu jsellem lill-kompetizzjoni?

Titilfux l-ewwel semifinali ta’ Brillanti Juniors illejla fit-20:30 fuq ONE!

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI