Ilbieraħ Ftit Qabel It-Tokki Ta' Nofsilejl Inħasset Theżżiża

Ftit qabel it-tokki ta’ nofsilejl, ilbieraħ, f’Malta u f’Għawdex inħaset theżżiża ħafifa mmarkata 3.5 fuq l-Iskala Rikter.

L-epiċentru kien madwar 16-il kilometru ‘l bogħod mill-Mellieħa, qrib ħafna tal-gżejjer Maltin – fatt li jagħmel din it-theżżiża waħda mill-aktar viċin fl-aħħar snin. Ħafna nies fuq il-midja soċjali qasmu l-esperjenza tagħhom, b’uħud jirrappurtaw li ħassew moviment qawwi fil-bini, filwaqt li oħrajn lanqas indunaw biha. Din mhix l-ewwel darba dan ix-xahar li ġiet irreġistrata theżżiża, hekk kif oħra seħħet nhar l-Erbgħa li għadda.

S’issa, ma ġew irrappurtati l-ebda ħsarat jew feriti. Intom ħassejtuha din it-theżżiża? 

Website / UOM 

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI