Il-Membru Parlamentari Katya De Giovanni qasmet kelmtejn fuq il-Facebook tagħha hekk kif bħalissa qed tieħu l-kura għall-kundizzjoni bl-isem ta’ Crohn’s Disease.
“Ilbieraħ kien imiss li nieħu l-kura għall-kundizzjoni li għandi – Crohn’s Disease,” hi kitbet. “Grazzi speċjali lill-infermiera tal-MITU li ta’ kuljum ipoġġu l-bżonnijiet tal-pazjenti qabel tagħhom stess.”
“Illum irrid noħloq kuxjenza u nagħti kuraġġ lil min bħali għandu I-kundizzjoni tal-Crohn’s Disease. Il-Malta Association for Crohn’s and Colitis hija NGO li tieħu ħsieb tkattar għarfien fuq nies bhali li jbatu minn Inflammatory Bowel Disease.”
Facebook / Katya De Giovanni