“Ilbieraħ Komplejna Niktbu L-Istorja B'Rikonoxximent Minn Malta Records Għall-Akbar Ikla Fi Triq Li Qatt Saret F'Pajjiżna”– Manuel Chircop

Id-DJ lokali Manuel Chircop kiteb messaġġ ta’ apprezzament għaliex kellu l-opportunità li jippreżenta serata organizzata mill-Ħamrun Spartans. F’din is-serata rnexxielhom ukoll jiksru rekord ġdid nazzjonali.

Hu kiteb, “Kien ta' unur għalija li lbieraħ ippreżentajt is-serata mill-aqwa organizzata mill-Ħamrun Spartans fi Triq il-Kbira, San Ġużepp. F'din l-okkażjoni speċjali, iċċelebrajna l-istorja li l-klabb bħala l-ewwel tim Malti li qatt laħaq il-fażi tal-gruppi ta' kompetizzjoni Ewropea.”

Żied jgħid, “Ilbieraħ komplejna niktbu l-istorja b'rikonoxximent minn Malta Records għall-akbar ikla fi triq li qatt saret f'pajjiżna. Dan hu l-Ħamrun tagħna! Huwa dan l-ispirtu li tant jagħmilni kburi li jien Ħamruniż.”

Nawgurawlhom mill-qalb għal dak kollu li rnexxielhom jiksbu! Malta kburija bihom!

Facebook / Manuel Chircop

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI