"Ilbieraħ, Vjaġġ Ieħor Mill-Isbaħ Wasal Fi Tmiemu… Din Id-Darba Ta’ Nina f’Luna." – L-Attriċi Lokali Nakita Grima

L-attriċi lokali Nakita Grima fuq il-profil ta’ Facebook tagħha tikteb, “Ilbieraħ, vjaġġ ieħor mill-isbaħ wasal fi tmiemu. Għal darb’oħra, kelli l-unur li ninterpreta karattru ieħor, din id-darba ta’ Nina f’Luna. Grazzi minn qalbi lil Evelyn Saliba La Rosa, Michael Vella Haber, Adrian Saliba u Chris Bajada talli għal darba oħra emmintu fija.”





Hi żżid, “Grazzi speċjali tmur lill-krew ta’ Rikordja, li dejjem ikunu hemm għall-atturi u jagħmlu ċert li joħroġ prodott ta’ kwalità. Ma nistax ma nsemmix lill-atturi sħabi. Qattajna ħafna ħin fuq is-sett flimkien biex stajna nwasslu din id-drama. Grazzi, ħbieb, talli għamiltu dan il-vjaġġ isbaħ.”

Hi ttemm tgħid, “Fl-aħħar, u mhux l-inqas, grazzi lilkom li segwejtu Luna u li tapprezzaw ix-xogħol u t-talent lokali. Mingħajrkom, dan kollu ma jkunx possibbli.”

Facebook / Nakita Grima



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI