Ilbieraħ Iċċelebrat Għeluq Sninha Jennifer Dimech

Ilbieraħ iċċelebrat għeluq sninha il-make up artist ċelebri Jennifer Dimech. Għalkemm illum tista' tgħid li Jennifer qed issir wiċċ familjari ma' ħafna, ix-xogħol tagħha żgur li rajtuh kemm-il darba fuq artisti bħal Christabelle, Maxine, Jasmine, Sarah Zerafa u ħafna oħrajn.

Ritratt: Facebook / Jennifer The Make Up Artist

Jennifer rebħet il-premju tal-aqwa make up artist fl-aħħar żewġ edizzjonijiet tal-Malta Fashion Awards u aktar ma jgħaddi ż-żmien aktar inkomplu nisimgħu bis-suċċess li qiegħda tagħmel fid-dinja tal-irtokk.

Ritratt: Facebook / Jennifer The Make Up Artist

Jennifer ilbieraħ għalqet tletin sena u jidher li iċċelebrat dan il-jum speċjali ma' ħbieb qrib tagħha. F'isem Gwida.mt, nieħdu l-opporunità nifirħu lil Jennifer u nawgurawlha sena mill-isbaħ mimlija b'tant u tant suċċessi.

Facebook / Jennifer The Make Up Artist

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI