“Illum Tnejn Minn Ħutna Qegħdin Jagħlqu Sninhom” – Awguri Fra David Ta’ Santa Tereża (Borg) U P. Salvinu Ta’ S. Katerina (Spagnol)

gheluq sninhom

Il-komunità tal-Karmelitani Tereżjani ta’ Bormla sellmet b’ferħ lil tnejn minn ħutha reliġjużi, Fra David ta’ Santa Tereża (Borg) u P. Salvinu ta’ Santa Katerina (Spagnol), li llum qed jiċċelebraw għeluq sninhom.

Fra David, iben Ġużeppi Borg u Lorenza née Mamo, trabba l-Ħamrun u l-Ġermanja u daħal fil-ħajja Karmelitana fl-1980, fl-età ta’ 20 sena.

Wara n-novizzjat u l-formazzjoni reliġjuża tiegħu, għamel il-Professjoni Solenni fl-1986 u tul is-snin serva b’dedikazzjoni fil-komunità u fis-Santwarju ta’ Santa Tereża tal-Bambin Ġesù f’Birkirkara.

Huwa magħruf għall-ħidma tiegħu fis-sagristija, għall-kura u l-indafa tas-Santwarju, kif ukoll għall-għajnuna li dejjem ta lill-komunitajiet u lis-superjuri tiegħu. Għal dawn l-aħħar snin, Fra David qiegħed jaqdi wkoll l-uffiċċju ta’ Pirjol tal-komunità ta’ Birkirkara.

Il-komunità Karmelitana awgurat lil Fra David u lil P. Salvinu f'għeluq sninhom, filwaqt li wiegħdet li tkompli takkumpanjahom bit-talb tagħha.

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI