Il-ħmistax-il edizzjoni ta’ Liquorish waslet fi tmiemha wkoll. Ikoll nistgħu ngħidu li ħadna gost insegwu l-parteċipanti jagħmlu l-avventura li ma kienet faċli xejn fit-Tanzanija.
Fl-aħħar il-parteċipanti waslu fuq il-gżira li tant ilhom jistennew li jmorru fuqha – Zanzibar! Xi ġmiel! Kien veru ħaqqhom wara dik l-avventura iebsa, kif jaf joffri Liquorish. Is-seba’ finalisti huma l-Boċċ u l-Booster, Charmaine, Dylan, Hubert, Kyle, Mari u Nathalie.
Fl-aħħar episodju rajna kif il-parteċipanti kellhom jivvutaw lil min jixtiequ jirbaħ l-edizzjoni ta’ din is-sena. Il-parteċipant favorit mill-bqija tal-parteċipanti kien Dylan, li lkoll naqblu kemm kien parteċipant b’saħħtu, kemm fiżikament, anke psikoloġikament!
View this post on Instagram
It-tim ta’ Gwida.mt għandu t-teorija tiegħu dwar ir-rebbieħ jew ir-rebbieħa ta’ Liquorish 2019! Aħna naħsbu li l-parteċipanti favoriti huma Nathalie, Dylan, Kyle u l-Boċċ u l-Booster! Ikollna nistennew sal-lejla biex naqtgħu l-kurżità! U int, min taħseb li jkun ir-rebbieħ ta’ din is-sena?
Facebook / Liquorish