Illejla Tista’ Ssegwi L-Eklissi Tal-Qamar F’Malta

Illejla mal-maġġoranza tad-dinja, minn Malta wieħed jista jsegwi l-eklissi tal-qamar. L-aħjar ħin biex tara dan il-fenomenu minn Malta huwa eżatt fl-10:01pm bid-direzzjoni tal-qamar tkun bejn ix-xlokk u l-lvant.

Aktar kmieni din is-sena, d-dinja esperjenzat eklissi solari parzjali, u llejla jmiss eklissi tal-qamar li ser ikunu viżibbli mill-Afrika, ħafna mill-Ewropa, parti kbira mill-Asja, il-Lvant tal-Amerka t’isfel, u l-Punent tal-Awstralja.

View this post on Instagram

A post shared by Moonlight Energy Healing (@moonlightenergyhealing) on Jul 16, 2019 at 4:53am PDT

Eklissi bħal dawn jistgħu iseħħu biss f’qamar kwinta, bħal dak tal-llejla. Il-qamar ser ikun f’linja perfetta max-xemx u d-dinja. Id-dinja ser toħloq żewġ dellijiet fuq il-qamar.

Il-kulur tal-qamar ser ivarja minn griż għall-aħmar skond il-kundizzjoni tat-temp tal-pajjiż li wieħed ser ikun qed jara l-eklissi minnhu.

Inti ser issegwi l-eklissi tal-qamar tal-llejla?

Instagram / @shiftbars

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI