Kien bħal-lum sentejn meta Sarah Zerafa u żewġha David taw kelma lil xulxin, u bdew il-vjaġġ prezzjuż tal-ħajja miżżewġa. Fuq il-midja soċjali David qasam memorji sbieħ minn dakinhar.
Fosthom jidhru mumenti waqt it-tieġ meta kienu qed jiċċelebraw u jgawdu din l-okkażjoni speċjali ma' dawk viċin tagħhom. Naraw anke l-mument prezzjuż, ftit wara li qalu s-signor si.
David jikteb, "Sentejn, memorji ma jispiċċaw qatt, daħk, u mħabba li qed tkompli tikber. Awguri għat-tieni anniversarju lill-persuna favorita tiegħi. Grazzi talli għamilt kull jum jinħass ftit isbaħ… Inħobbok."
It-tim ta' Gwida.mt jawgura mill-qalb lil Sarah u David!
Facebook/ Sarah Zerafa