Illum: Denise Gafa Tagħmel Ċajta Lil Ħuha T-Tewmi F'Għeluq Sninhom

Denise u Ħuha James Gafa illum jiċċelebraw għeluq sninhom. Lil Denise nafuha sew u tistu ssegwu x'tagħmel u ma tagħmilx fuq l-Instagram tagħha. Lil ħuha t-tewmi ma tantx nafuh u jistħi ħafna tant li Denise qalet li huwa "introvert". James lanqas biss huwa follower t'oħtu! 

Ritratt Denise Gafa / Instagram 

B'hekk Denise iddeċidiet li tagħmel ċajta lil ħuha! Fuq l-istories, qalet lis-segwaċi tagħha biex jibgħatulu messaġġ fuq il-mobile personali tiegħu. Il-mobile mhux ħa nuruh fuq is-sit tagħna imma tista issibu jekk tidħol fuq il-profil ta' Instagram ta' Denise Gafa fl-istories tagħha. 

Imma xi ġralha llum Denise? Tgħid Karma?

Denise iċċelebrat għeluq sninha billi bħas-soltu tmur il-gym! Wara workout tajjeb, Denise toħroġ u tinduna li insiet iċ-ċwievet tal-karozza! Jidher li ma tantx kellha bidu ta' birthday sabiħ imnalla kienet oħtha Carolina li ġabitilha ċ-ċwievet tal-karozza! (wara 4 sigħat)

Ritratt Denise Gafa / Instagram 

Denise aħna ta' Gwida.mt nawguraw lilek u lil ħuk għeluq il-faqqistu (birthday) mil-aqwa! J'Alla jkollok sena oħra mimlija tatoos, ritratti fuq Instagram, Ħut u sports. 

Ritratt Denise Gafa / Instagram 

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI