Illum Għeluq Snin Milena Bianco – L-Iżgħar Membru Ta' 4th Line

Illum qed tiċċelebra għeluq sninha Milena Bianco, l-iżgħar membru tal-grupp 4th Line li rajnieh fl-aħħar edizzjoni ta' X Factor Malta. Milena illum tagħlaq 17-il sena u ommha ħallietilha messaġġ verament ħelu fuq il-profil tagħha.

Ritratt: Facebook / Milena Bianco

Ommha qaltilha: "Kont taf li ħabbejtek qabel int twelidt? Meta żammejtek f'idi għall-ewwel darba, niftakarni nħares lejk u nammira l-perfezzjoni ta' kull dettall u nħossni ferħana ħa ntir ma' kull ħoss u espressjoni. Illum inħares lejk u nara mara sabiħa, li dejjem għamlitni kburija b'kull deċiżżjoni li ħadet f'ħajjitha. L-istill tiegħi. Ftakar biss li jien dejjem hemm għalik. Int it-tgħanniq u t-tbissima mill-passat, u x-xewqat u l-ħolm tal-futur."

Ritratt: Facebook / Milena Bianco

Tagħlaq il-messaġġ tagħha mill-qalb bil-kliem: "Aħna għandna rabta speċjali u b'saħħtiha bejnietna, l-imħabba ta' bejn omm u bint. Awguri f'għeluq sninek." Żgur kliem mill-isbaħ li juru kemm verament hemm rabta speċjali bejn l-omm u l-bint, u ċertament li llum Milena ħa tkun qed tgħaddi l-jum speċjali għaliha ma' l-aktar nies speċjali f'ħajjitha. 

Ritratt: Facebook / Milena Bianco

Aħna f'isem Gwida.mt nawguraw liż-żagħżugħa l-isbaħ xewqat f'għeluq sninha u nawgurawlha aktar u aktar suċċessi. Bħalissa Milena, flimkien ma' Nicole Falzon mill-grupp 4th Line ukoll, qegħdin impenjati b'numru ta' gigs flimkien ma' Airport Impressions fejn qed jagħmlu l-backing vocals ta' dan il-grupp rinomat!

Facebook / Milena Bianco

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI