Illum huwa għeluq snin Stephanie Agius, l-attriċi, preżentatriċi u influencer maħbuba ħafna! Stephanie twieldet fl-1 ta’ Ġunju tal-1990 u b’hekk illum qed tiċċelebra għeluq l-35 sena tagħha.
Apparti li Stephanie dehret f’diversi sensieli televiżivi bħal Evanġelisti u smajniha tippreżenta fuq ir-radju, hi għandha wkoll preżenza prominenti fuq Instagram fejn hi ttella’ diversi riċetti tajbin, filmati liebsa ħwejjeġ tal-aħħar moda u b’stili fenominali, avventuri tal-ivjaġġar madwar id-dinja u kif ukoll filmati ta’ fitness routines u workouts li hi tant hi passjonata fuqhom. Kemm-il darba wkoll rajniha fuq riklami ta’ ditti jew anke televiżivi.
Aħna mit-tim ta’ Gwida.mt nixtiequ lil Stephani awguri f’dan il-jum speċjali.
Facebook / Stephanie Agius