Illum Huwa Jum Għeluq Snin Ray Attard – Araw X’Rigal Tagħtu Diane

Illum jaħbat jum għeluq snin Ray Attard. Lil Ray rajnieh jieħu sehem f’diversi serje Maltin, fosthom Kuġini, Santa Monika, One Star Hotel, u Klassi Għalina. Ray kien ukoll membru tal-ġurija fuq il-programm Malta’s Got Talent.

Bħala rigal, martu Diane kitbet li ġabitlu trainer personali sabiex iżomm ruħu b’saħħtu, u xerdet ritratt tiegħu waqt sessjoni fil-gym.





It-tim ta’ Klassi Għalina ukoll awgura lil Ray u ddiskrivewh bħala ‘L-aktar teacher maħbub ġo Malta” minħabba l-parti li jagħmel tas-Sur Xrieha.



It-tim ta’ Gwida.mt jawgura l-isbaħ xewaqt lil Ray Attard f’jum għeluq sninu.

Facebook / Diane Nikolic

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI