Jum il-Kotba ta’ Harry Potter, li qabel kien magħruf bħala l-Lejla tal-Kotba ta’ Harry Potter, isir fit-12 ta’ Ottubru jiċċelebra u jippermetti lis-segwaċi biex jimmersu ruħhom fil-‘wizarding world’ ta’ Harry Potter.
Oriġinarjament dan il-jum kien isir matul l-ewwel ġimgħa ta’ Frar iżda l-kreaturi riedu jsibu data li taħdem għal kemm jista’ jkun pajjiżi, u ntgħażel Ottubru. Kull sena f’dan iż-żmien, nirriflettu fuq kif din id-dinja maġika ġabet ferħ fil-ħajjiet tal-ammiraturi tagħha.
Jingħad li s-serje ta’ “Harry Potter” kienet waħda mill-kotba li ġedded il-ħeġġa għall-qari tat-tfal tas-snin 90. Harry ġie introdott għall-ewwel darba 28 sena ilu meta l-awtriċi Ingliża J.K Rowling ħarġet l-ewwel ktieb tas-serje “Harry Potter and the Philisopher’s Stone” fl-1997. Il-ktieb jibda b’Harry jirrealizza li kien saħħar, li l-ġenituri tiegħu kienu sħaħar, u li nqatel minn saħħar terribbli jismu Voldermort.
Eventwalment imur l-iskola f’Hogwarts fejn isir ħabib mill-ewwel ma’ Ron Weasley u Hermione Granger u jsib rabta speċjali mal-Kap tal-Iskola Dumbledore. Hekk kif is-serje tal-kotba avvanzat, J.K Rowling affaxxinatna bl-istejjer fittizji notevoli tat-tliet ħbieb żgħażagħ Harry, Ron, u Hermione, u ħaditna fuq vjaġġ inkredibbli.
Il-kotba ta’ Harry Potter biegħu aktar minn nofs biljun kopja mill-pubblikazzjoni tagħhom, u b’hekk saru l-aktar serje ta’ kotba mibjugħa fl-istorja, b’aktar minn 80 verżjoni lingwistika differenti.