Il-Jum Dinji taċ-Ċikkulata jiġi ċċelebrat kull sena fit-7 ta’ Lulju biex infakkru l-invenzjoni u l-imħabba globali lejn iċ-ċikkulata.
Dan il-jum jagħtina ċans napprezzaw l-istorja, it-togħma, u d-diversi forom ta’ ċikkulata li jgawduha nies madwar id-dinja kollha.

Fost fatti interessanti dwar iċ-ċikkulata huma dawn:
- Iċ-ċikkulata tiġi mis-siġra tal-kawkaw, li tikber fil-pajjiżi tropikali qrib l-ekwatur.
- Iċ-ċikkulata skura hija meqjusa aktar sana.
- Miljuni ta’ tunnellati fis-sena – Kull sena jiġu prodotti madwar 4 miljun tunnellata ta’ kawkaw madwar id-dinja.
Taf min hu ffissat fiċ-ċikkulata, u jkun iridha dik il-biċċa wara xi ikla, jew forsi xi ħadd li jħobb jinkludiha f’xi riċetti tal-ħelu?