Illum Huwa Magħruf Bħala L-Jum Internazzjonali Tal-Ħbiberija!

Il-Jum Internazzjonali tal-Ħbiberija huwa ċċelebrat kull sena fit-30 ta’ Lulju.

Dan il-jum ġie stabbilit mill-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti fl-2011, bl-iskop li jsaħħaħ il-ħbiberija fost il-popli, il-pajjiżi, il-kulturi u l-individwi. L-intenzjoni hi li jkun hawn paċi dinjija aktar b’saħħitha.

Bħal-lum nippromwovu l-paċi u r-rispett reċiproku bejn nies minn sfondi differenti. Ċelebrazzjoni li toħloq għarfien dwar il-valuri ta’ rispett, empatija u solidarjetà.

Komunitajiet bħall-Forzi Armati ta’ Malta wkoll fakkru dan il-jum, u xerrdu ritratt li juri l-għaqda, il-ħbiberija, u s-sens ta’ team work bejn il-kollegi.

Illum xi ħaġa sabiħa li naqsmu xi messaġġ sinċier ta’ gratitudni mal-ħbieb tagħna. Għożż il-ħbiberiji ġenwini li għandek f’ħajtek!







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI