Sarah Bajada B’Inizjattiva Speċjali Biex Tqajjem Għarfien U Tiġbor Fondi B’Risq Il-Ġlieda Kontra L-Kanċer Tas-Sider

Sarah Bajada se tkun qed torganizza edizzjoni oħra tal-attività annwali tagħha Beyond Pink, li se ssir nhar is-Sibt 17 ta’ Ottubru, bil-għan li tqajjem aktar għarfien dwar il-kanċer tas-sider u jinġabru fondi għal tliet organizzazzjonijiet li jaħdmu f’dan il-qasam.

L-attività se ssir f’Alfa Gardens bejn l-16:00 u s-19:00, bħala parti mill-inizjattivi marbuta max-Xahar ta’ Għarfien dwar il-Kanċer tas-Sider. Matul din l-attività, dawk preżenti se jkollhom l-opportunità jsegwu taħdita informattiva dwar is-saħħa tas-sider u l-importanza li l-kanċer jinstab fi stadju bikri. Wara, se jkun hemm ukoll Time for Tea, fejn il-parteċipanti jkunu jistgħu jqattgħu ħin flimkien filwaqt li jgawdu tè u xi ħelu.

Il-fondi miġbura se jmorru b’risq Action for Breast Cancer Foundation, Europa Donna Malta u RIDT, tliet organizzazzjonijiet li jikkontribwixxu għall-għarfien, ir-riċerka u l-appoġġ lil persuni milquta mill-kanċer tas-sider. "Lil hinn mill-kulur roża, hemm stejjer ta’ kuraġġ, tama, imħabba u saħħa," kitbet Sarah Bajada meta ħabbret din l-inizjattiva.

Hija ħeġġet lill-pubbliku biex jattendi u jagħti l-kontribut tiegħu, filwaqt li fakkret li kull biljett mixtri se jkun qed jgħin lil dawn l-organizzazzjonijiet fil-ħidma importanti tagħhom. Inizjattiva sabiħa li tgħaqqad l-għarfien u s-solidarjetà, filwaqt li tfakkarna kemm huma importanti l-prevenzjoni, l-għarfien u l-appoġġ lejn dawk li qed jaffaċċjaw din il-marda.

Ritratt:

Facebook / Sarah Bajada

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI