Mument ta’ niket għal Phylisienne Brincat hekk kif ħabbret il-mewt tal-kunjata tagħha permezz ta’ messaġġ emozzjonanti fuq il-midja soċjali.
Fil-kitba tagħha, Phylisienne qasmet kemm kienet grata għall-mumenti sbieħ li qasmet magħha, anke matul il-vjaġġ diffiċli tad-dimensja. Hija rrakkuntat kif wiċċ il-kunjata tagħha kien jixgħal kull darba li kienet taraha, u kif flimkien kienu jidħku, ikantaw u jiżfnu waqt mumenti li se jibqgħu għal dejjem f’qalbha.
“Illum il-ġenna gwadanjat ruħ prezzjuża,” kitbet Phylisienne, hekk kif esprimiet il-fidi tagħha li issa tinsab mistrieħa fil-paċi perfetta tal-Mulej, ħielsa minn kull tbatija. Hija għażlet mhux biss li taqsam in-nieket tat-telfa tagħha, iżda wkoll li tirringrazzja lil Alla għall-imħabba, il-ħajja u l-memorji speċjali li qasmu flimkien.
Bosta kienu dawk li bagħtu messaġġi ta’ kondoljanzi u appoġġ lil Phylisienne u lill-familja tagħha f’dan il-mument diffiċli. Aħna ningħaqdu magħhom u noffru l-kondoljanzi tagħna lill-familja.
Facebook / Phylisienne Brincat