Illum Il-Jum Internazzjonali Tal-Irġiel – Min Hu Dak Ir-Raġel Speċjali F’Ħajtek?

Illum, 19 ta’ Novembru, madwar id-dinja qed jiġi ċċelebrat il-Jum Internazzjonali tal-Irġiel, ġurnata ddedikata biex nirrikonoxxu l-kontribut tal-irġiel fis-soċjetà, fil-familja u fil-ħajja ta’ kuljum.

Din il-ġurnata hija wkoll opportunità biex napprezzaw lil dawk l-irġiel li jagħmlu differenza f’ħajjitna, kemm jekk huma missirijiet, nanniet, aħwa, sieħeb, kollegi, ħbieb jew persuni oħra li dejjem insibuhom hemm għalina.

Il-Jum Internazzjonali tal-Irġiel ifakkarna wkoll fl-importanza tas-saħħa fiżika u mentali tal-irġiel, kif ukoll fil-bżonn li dawn iħossuhom komdi jitkellmu dwar l-emozzjonijiet u l-isfidi tagħhom. Xi drabi, kelma sabiħa jew sempliċi ringrazzjament jistgħu jfissru ħafna aktar milli nimmaġinaw.

Għalhekk, illum nixtiequ nistaqsukom, min hu dak ir-raġel li għandu post speċjali f’qalbkom? Ittegjawh fil-kummenti u għidulu kemm tapprezzawh!

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI