Illum Jiċċelebra Għeluq Sninu L-Kantant Maħbub Lokali Renato! – Awguri Mill-Qalb!

Renato, il-kantant li rrappreżenta lil Malta fil-Eurovision Song Contest tal-1975, il-kantant li rajnieh f’diversi kunċerti, kompetizzjonijiet u spettakli lokali jagħlaq sninu. Tul il-karriera sabiħa tiegħu, hu ferraħ ħafna nies.





Kienu diversi nies li awguralu l-isbaħ xewqat f’dan il-jum speċjali. Fosthom il-preżentatur Roderick Azzopardi Custo li kiteb, “Nawgura għeluq snin mill-isbaħ lill-persuna li għenitni nibda l-karriera tiegħi fil-midja! Nawguralek ġurnata meraviljuża! Inħobbok ħafna.”



Il-kompożitur lokali Andrew Zahra jaqsam silta li kien kitiblu li kanta flimkien ma’ Catherine Vigar. Hu jikteb, “Awguri lil wieħed mill-aqwa artisti Maltin… u wieħed mill-ħbieb veri tiegħi għal tant snin. Awguri Renato Micallef!

F’isem it-tim ta’ Gwida, nawguraw lil Renato l-isbaħ xewqat u nittamaw li jkollu jum mill-isbaħ! Nawgurawlu sena mimlija saħħa, hena u paċi!

Facebook / Renato Micallef

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI