Illum Jiċċelebra Għeluq Sninu L-Kantawtur Lokali Philip Vella! – Kemm Taħsbu Li Għalaq?

Illum jiċċelebra għeluq sninu l-kantawtur lokali Philip Vella. Lil Philip nafuh ukoll bħala kompożitur ta’ diversi kanzunetti lokali, inkluż numru ta’ kanzunetta li rrappreżentaw lil Malta fil-Eurovision Song Contest.

Hu kien ukoll il-kompożitur rebbieħ tal-ewwel edizzjoni u t-tielet edizzjoni ta’ Mużika Mużika, fejn kien responsabbli mill-mużika tal-kanzunetta Ħarsa Biss ta’ Glen Vella u l-kanzunetta Sabiħa ta’ Gianluca Bezzina. Iż-żewġ kanzunetti kellhom lirika ta’ Joe Julian Farrugia.





Philip twieled fis-sena 1958, b’hekk illum hu jagħlaq 67 sena. Bħalissa Philip jinsab impenjat permezz tal-proġett Boċċi, musical oriġinali li qed jittella’ madwar Malta. Produzzjoni mill-aqwa fejn Philip huwa wieħed mill-atturi prinċipali.

F’isem it-tim ta’ Gwida, nawguraw lil Philip l-isbaħ xewqat u nittamaw li jkollu sena mimlija saħħa, hena u suċċess. Awguri mill-qalb!



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI