Illum Jibdew Il-Beach Patrols Minn Uffiċjali Tal-Komunità Tal-LESA

Illum bdew rondi fuq il-bajjiet madwar Malta kollha fi tmiem il-ġimgħa u fil-vaganzi pubbliċi u se jkomplu sal-aħħar ta’ Awwissu. 

Uffiċjali tal-komunità mill-Aġenzija tas-Sistema ta’ Infurzar Lokali (LESA) se jkunu stazzjonati f’bosta mill-aktar bajjiet popolari tal-gżira bejn l-10am u s-6pm biex jgħinu jżommu s-sigurtà, l-indafa u l-ordni pubbliku. 

Ir-rwol tagħhom imur lil hinn mill-infurzar, billi jipprovdi gwida dwar ir-regolamenti tal-bajjiet, jgħin lill-viżitaturi u jirrispondu għal inċidenti meta jkun meħtieġ. L-inizjattiva tifforma parti mill-isforzi tal-gvern għas-sigurtà fis-sajf u hija appoġġjata mill-pulizija, lifeguards, l-Awtorità tat-Turiżmu ta’ Malta, is-Salib l-Aħmar u organizzazzjonijiet oħra li jaħdmu flimkien biex jiżguraw esperjenza sikura fuq il-bajja.

Ritratti:

TVMnews

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI